principal Principal’s message

May One Grow in order to Flourish
Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-Kap tal-Iskola li stedinni biex nikteb dan il-messaġġ għall-websajt tal-Iskola Sekondarja tan-Naxxar. Ferħana wkoll li dan huwa l-ewwel messaġġ bil-kitba li qed nagħmel għal waħda mill-iskejjel tagħna minn kemm ili li lħaqt Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ San Nikola f’Lulju li għadda.
Kull forma ta’ komunikazzjoni bejn il-kulleġġ, l-iskejjel u l-ġenituri hija katina importanti li żżomm lil kulħadd jaf fejn qiegħed u x’inhu jiġri fil-kulleġġ. Il-websajt il-ġdida tal-Iskola Sekondarja tan-Naxxar hija ħolqa oħra fil-katina li ser issaħħaħ ir-relazzjonijiet tajba li diġà jeżistu bejn l-iskola u d-dar.
Fid-dinja tal-lum, fejn kulħadd huwa mgħaġġel u mħabbat, websajt ta’ din il-kwalità tgħin ħafna lil kulħadd, speċjalment lill-ġenituri li jkunu jafu:
x’inhu jiġri fl-iskola mill-kumdità tad-dar tagħhom;
x’minjiera ta’ għerf, esperjenzi u opportunitajiet li qed jiksbu uliedhom jum wara l-ieħor;
il-proġetti, kompetizzjonijiet; laqgħat importanti; ħruġ edukattiv u ħafna attivitajiet oħra ta’ livell professjonali għoli ħafna li jsiru fl-iskola

Miż-żjajar li diġà għamilt fl-iskejjel tal-Kulleġġ tagħna diġà ħadt impressjoni tajba ħafna tal-Iskola Sekondarja tan-Naxxar u din il-websajt hija another feather in the cap għall-good practices tal-iskola.

Jiena nħossni kburija li jiena l-Prinċipal tal-Kulleġġ San Nikola u li għandi fir-responsabbiltà tiegħi tmien skejjel fil-livell tal-Iskola Sekondarja tan-Naxxar. Kull min ħadem biex din il-websajt issir realtà ħaqqu prosit għal-livell għoli li rnexxielu jilħaq. Jiena ċerta li dan il-mezz ieħor ta’ komunikazzjoni se jkompli jgħin professjonalment lil kull min jaħdem f’din l-iskola, lill-istudenti li jattendu fiha u lill-ġenituri tagħhom biex il-viżjoni tal-Kulleġġ tagħna – May One Grow in order to Flourish – tgħin lil kulħadd jikber u jiffjorixxi f’ambjent ta’ komunikazzjoni b’saħħitha u ta’ fejda.
Prosit u tislijiet

Ms Josephine Mifsud

headmaster Headmaster’s message

Għeżież,

Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li qed inwassal dan il-messaġġ fuq dan is-sit tal-iskola tagħna. Kuntent li l-istudenti tal-iskola tagħna, flimkien mal-għalliema tagħhom, qed jibnu dan is-sit u jimlewh b’dak kollu li hu ta’ benefiċċju għalihom. Dan hu l-għan prinċipali tagħna – li nwasslu l-istudenti sabiex jilħqu l-milja tal-kapaċitajiet tagħhom. Kull student li għandna fl-iskola għandu ħafna talenti sbieħ u bl-għajnuna u d-dedikazzjoni tal-għalliema u l-LSAs qed ngaħmlu minn kollox biex dawn it-talenti nżiduhom. Għall-istudenti tagħna, aħna nixtiequ l-aqwa u l-aħjar.

Filwaqt li nirringrazzja lil kull min hu involut biex qed jittella’ dan is-sit, nistedinkom iżżuru l-paġni u s-sezzjonijiet li fih u persważ li se ssibu xi ħaġa li tolqotkom. Se taraw ukoll vetrina ta’ dak kollu li jfisser li tkun student fil-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja tas-Subien, Dingli.

Steve Mifsud